Nirien f’lukanda f’Tas-Sliema ġew ikkontrollati mill-pulizija għall-ħabta tad-9 tal-Erbgħa filgħaxija.
Dan ikkonfermah kelliem għall-pulizija ma’ One.com.mt, fejn qalu li għalkemm in-nirien ġew ikkontrollati mill-pulizija bil-fire extinguishers li kellhom fil-karozzi, xorta waħda issejjħet l-għajnuna tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.
Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.