Skont l-Armata tal-Korea t’Isfel, kmieni l-Erbħga filgħodu, il-Korea ta’ fuq sparat żewġ missili ballistiċi barra mill-kosta tal-Lvant, qrib il-port ta’ Wonsan. Din hija t-tieni darba li ġew sparati l-missili f’inqas minn ġimgħa.
Il-Korea ta’ Fuq sostniet li dan l-eżerċizzju huwa twissija għall-Korea ta’ Isfel dwar il-pjanijiet militari li għandha mal-Amerka. Filwaqt li espremiet ir-rabja kontra l-Korea t’Isfel dwar it-testijiet annwali li huma mistennija jsiru f’Awwissu. Il-Korea ta’ Fuq tara dawn it-testijiet bħala preparazzjoni għall-gwerra.
Il-Ministru għad-Difiża tal-Korea t’Isfel, Jeong Kyeong-doo qal li l-missili, li ġew sparati dalgħodu u niżlu fil-baħar Ġappuniż, ġew identifikati bħala tip differenti minn mudelli preċedenti. Il-Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe, ikkonferma li dan l-eżerċizzju ma kellux impatt fuq is-sigurtà Ġappuniża.
Ritratt: AFP