Tifel ta’ 8 snin miet filwaqt li ommu weġġgħet wara li raġel imbuttahom quddiem ferrovija fi Frankfurt fil-Ġermanja.
Raġel Eritrejan ġie arrestat b’rabta mal-każ, li seħħ it-Tnejn filgħodu.
Xhieda fuq il-post qalu li r-raġel deliberament imbuttat t-tifel u l-omm fuq il-binarji qabel ma pprova jaħrab. Nies li kienu għaddejjin minn hemm ġrew warajh u żammewh.
Is-suspettat, li għandu erbgħin sena, prova jimbotta persuna oħra, iżda ma rnexxilux.
L-investigaturi qalu li aktarx is-suspettat ma kienx jaf lill-vittmi, u għadhom ma jafux jekk kienx hemm xi motiv wara dan l-attakk.
Ritratt: The Guardian