Raġel ta’ tlieta u erbgħin sena mill-Norveġja ammetta fil-Qorti li bagħat messaġġi ta’ theddid lill-eks-sieħba tiegħu u lill-ommha.
L-akkużat li joqgħod hostel fil-Belt Valletta ġie mixli b’użu ħażin t’apparat teknoloġiku u talli nsulta u hedded filwaqt li kkawża biża’ lill-eks-sieħba u ommha.
Il-Maġistrat Josette Demicoli kkundannatu għal tlett xhur priġunerija sospiża għal sena. Il-Qorti imponiet ordni tat-trażżin ta’ tlett snin favur l-eks sieħba.