Tarquin Barbara ta’ 24 sena minn Santa Luċija wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba kontrieh li jinkludu li ħebb u kkawża ġrieħi ħfif lit-tfajla tiegħu.
Apparti minn hekk, l-ispettur Hubert Cini akkużah li żamm it-tfajla kontra l-volontà tagħha.
Barbara nħeles mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.
Il-Qorti imponiet ordni ta’ protezzjoni favur it-tfajla tal-akkużat u wissietu li ma jistax jagħmel kuntatt magħha.