Raġel stqarr li messaġġ li jallega abbuż sesswali min-neputija tiegħu li kellha tnax -il sena swielu kollox.
Erba’ snin ta’ proċeduri tal-qorti biex fl-aħħar mill-aħħar irriżulta li l-allegazzjonijiet kienu foloz u kollox kien pjanat mill-eks mara tiegħu waqt li kienu għaddejjin proċeduri ta’ separazzjoni.
Il-ġimgħa l-oħra, il-Maġistrat Audrey Demicoli qatgħet is-sentenza fil-konfront ta’ dan ir-raġel u kull akkużi miġjuba kontrieh twaqqgħu u r-raġel instab innoċenti.
Ir-raġel stqarr li l-eks mara tiegħu xtaqet kustodja sħiħa tat-tifel tagħhom u wżat lit-tifla ta’ ħuha biex fasslet il-qlajja tal-abbuż sesswali.
Il-vittma saħaq li kieku ma kienx għal ibnu kieku llum m’għadux magħna.