Fi Frar ta’ din is-sena żdiedu b’6,765 dawk jaħdmu full time. Dan meta mqabbel ma’ Frar tas-sena li għaddiet. Kien tagħrif tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, li kkonferma dan biex issa hemm 179,711 fis-suq tax-xogħol jekk wieħed jeskludi persuni part-time. Fl-istess perjodu kien hemm ukoll tnaqqis ta’ 1,679 f’dawk fuq ir-reġistru tal-qgħad.