Fil-faċilitajiet tal-films fir-Rinella qed tinġibed is-sensiela tal-produzzjoni internazzjonali Das Boot.
Din is-sensiela li għandha partijiet kbar minnha miġbuda fiż-żewġ tankijiet uniċi tal-ilma li jirreplikaw xeni tal-baħar, hija marbuta mal-film tas-snin tmenin dwar sottomarin bl-isem ta’ Das Boot.
Il-Kummissarju tal-Films Johan Grech qal li din il-prodzzjoni li se tħalli mat-tliet miljun ewro fl-ekonomija Maltija ġabet magħha aktar minn mitejn impjieg li ħafna minnhom marru għall-Maltin.
Holger Reibiger, il-moħħ wara l-produzzjoni Ġermaniża li se tidher fuq SKY stqarr li huma reġgħu għażlu lil Malta wara li s-sena l-oħra ġibdu l-ewwel sensiela tagħhom f’pajjiżna u ħarġu sodisfatti bis-servizz u l-pakkett offrut.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li din s-sensiela se tkompli ssaħħa il-kredenzjali tagħna għall-ġbid tal-films.