Kelliem għal Transport Malta kkonferma ma’ ONE NEWS li l-ebda Tanker Malti ma nħataf f’Baghdad.
Rapporti fil-midja lokali rrapportaw li t-tanker irreġistrat Malta bl-isem ‘Sea Dance’ kien inħataf fil-Golf Għarbi.
Sit li juri t-traffiku marittimu wera li għal ċertu ħin it-tanker kien ankrat fil-Golf wara Fujairah.
Kelliem għall-Transport Malta qal li l-awtorità kienet f’kuntatt mal-managers tal-vapur u ġiet mgħarrfa li l-vapur kien qiegħed jopera b’mod normali u ma ġie rrapportat l-ebda inċidenti.
Fil-fatt it-tanker kien biss ankrat jistenna l-ordnijiet biex imur fid-destinazzjoni li jmiss.