Bla ebda dubju, kulħadd għandu xi ħabib/a li ma jkunux fil-ħin. Nifmhu li l-għan ta’ dawn in-nies mhuwiex biex jirrabjawna jew idejquna, iżda kienu hekk – minn dejjem. Il-mistoqsija hi, imma dawn ma jistgħux ikunu fil-ħin bħali? Il-mod ta’ kif inqasmu l-ħin, huwa differenti għal kull persuna u dan iwassal biex kull wieħed u waħda minna jkollu stil ta’ ħajja differenti.
Dawn it-tip ta’ nies, bla dubju, ma tantx jidħkulhom fuq il-post tax-xogħol u wisq anqas jieħu pjaċir bihom min ikun ilu jistennihom.
Iżda jista’ jagħti l-każ li dawk li jkunu tard ikollhom platt mimli mhux ħażin u jkunu nies attivi ferm. Artiklu ta’ Business Insider jispjega kif nies li jkunu dejjem tard, jista’ jkun li għax huma ottimisti. Huwa ddeskriva lil dawn in-nies b’dan l-aġġettiv għaliex bniedem ottimist dejjem jaħseb li għandu iżjed ħin biex ilesti l-affarijiet.
Studju li sar fuq numru ta’ salesmen juri kif bniedem li huwa ottimist, jagħmel aktar suċċess fil-ħajja, dan l-istudju jikxef kif 88% tal-bejjiegħa li huma ottimisti, jagħmlu iktar bejgħ mill-kollegi tagħhom.
Jekk int dejjem tard, jaf tgħix iżjed minn dawk li tħalli jistennewk, dan għaliex normalment dawn in-nies ma jinkwetawx ħafna u jħarsu lejn il-ħajja minn għajn pożittiva li tnaqqsilhom ħafna mill-pressjoni u stress li jkollhom.
Fis-snin ħamsin, riċerkaturi poġġew nies li għandom personalita aktar kompetitiva u inqas kalmi fi grupp A u dawk li huma iżjed kalmi u kreattivi fi grupp B. Jiġifieri skond dan l-istudju, li inti tkun tard jagħmlek persuna iżjed kreattiva.
M’għandekx inkwiet, mhux tort tiegħek li dejjem tard iżda tort ta’ kif tħares lejn il-ħin u l-ħajja. Dan mhux qed ngħidu jien, iżda studju xjentifiku u r-riċerka li saret!