15.19: Il-kelb tat-tip Yorkshire irritorna qawwi sħiħ għand is-sid.
Aktar qabel: Ilbieraħ filgħaxija membri tal-istaff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru li kienu fi triqthom lejn il-Palazz tal-Girgenti sabu kelba ta’ tip “Yorkshire”.
Il-kelba dehret li kienet mitlufa u miżmuma tajjeb.
L-istaff tal-uffiċċju tal-Prim Ministru kkuntatjaw lid-Dipartiment tal-Animal Welfare li bħalissa qed jieħdu ħsieb il-kelba.
Miċ-ċippa li kellha fuqha l-kelba ġie ikkuntatjat il-persuna li kienet irreġistrat fuqu l-kelba. Madankollu dan biegħ il-kelba ftit tas-snin ilu. Għaldaqstant bħalissa d-Dipartiment tal-Animal Welfare qegħdin ifittxu lis-sid oriġinali tal-kelba.
Il-kelba nstabet għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fit-triq li tagħti mill-Buskett għall-Palazz tal-Girgenti.