Tnieda uffiċjalment il-Birżebbuġa Tourist Trail. Inizjattiva li tagħti prominenza lill-wirt storiku ta’ din il-lokalità, sabiex it-turist ikollu gwida għal dan il wirt li s’issa ħafna drabi ma ngħatax l-importanza mistħoqqha. Minn siti storiċi, knejjes, binjiet storiċi, u spazju pubbliku, it-turist jista’ jħares lejn żjara iktar estensiva u sinjura f’din il-lokalità.
L-inizjattiva, b’nefqa ta’ €24,000 involviet il-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali, il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi u Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa.
Fondazzjoni, innota l-Ministru Edward Zammit Lewis, li se tkompli taħdem dwar iż-żamma u l-estensjoni ta’ dawn l-inizjattivi permezz tal-ekokontribuzzjoni li daħlet fis-seħħ mill-20 ta’ Ġunju li għadda.