Is-siġar taż-Żnuber fi Triq l-Imdina, mit-telgħa tas-Saqqajja sal-Kappella tal-Madonna tal-Vitorja, mhumiex ser jinqalgħu.
Dan sostnietu Infrastruttura Malta, l-entità li hija responsabbli mis-Central Link Project. Żiedet tgħid li għall-kuntrarju ta’ dak allegat minn bosta, se jitħawlu 125 siġra oħra taż-Żnuber f’din l-istess triq.