Vjaġġ li kellu jibda minn Newcastle sa Malta spiċċa fi traġedja wara li l-arjuplan ikkraxxja lejn l-Alpi.
F’dan l-inċident tilfu ħajjithom il-bdot tal-arjuplan, Andrew Buck ta’ 37 sena u passiġġier. L-arjuplan waqa’ fl-inħawi tal-Muntanja Maddalena Pass.
Il-Kumpanja Purple Aviation ikkonfermat dan l-inċident. Richard Pike, id-direttur tal-kumpanija sostna li dan il-vjaġġ kien se joffr esperjenza unika minħabba li kellu jitlaq minn Newcastle u jispiċċa Malta.
Id-destinazzjoni kellha tintemm f’Malta nhar is-Sibt.
Ritratt: Mirror.co.uk