David Bonnici ta’ 42 sena u residenti San Ġiljan mistenni jitressaq il-Qorti għada filgħodu, dan wara li ħebb għal spettur tal-Pulizija fl-Awla tal-Qorti.
Il-Każ ġara t-Tnejn li għadda f’Awla numru 4 għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ wara nofshinar xħin Bonnici ħebb għall-ispettur Kylie Borg waqt li kienet qed tmexxi l-prosekuzzjoni waqt seduta.
L-akkużat ikkaġuna ġrieħi ta’ natura ħfief lill-ispettur Borg.
Il-każ mistenni jinstema’ għada quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.