MusiCity: Belt il-Mużika.
Programm mużikali għal matul din is-sena imtella mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Numru ta’ kunċerti fit-toroq tal-Belt Kapitali, minn rock sa pop u klassiku, se jkomplu jagħtu l-ħajja lill-kapitali tagħna li se tinbiddel f’belt il-mużika.
Fit-tlettin ta’ Lulju, se jkunu qed jkun hemm kunċert akustiku bl-isem ta’ ‘Classique Meets Pop’ fi Pjazza San Ġwann.
Fil-21 ta’ Awwissu, il-pjanista Francis Camilleri se jkun qed jagħti kunċert mużikali fuq il-Fosos tal-Forti Sant’ Iermu. Għal dan il-kunċert mhux tas-soltu se joħroġ l-istil klassiku ‘l barra mit-teatru u se jieħdu fi spazju apert fil-Belt Valletta, qalb in-nies.Bl-udjenza li se tattendi hija imħeġġa li ġab magħha imħaded, siġġijiet, u anke xemgħat.
Fil-wieħed u tlettin ta’ Awissu fit-Teatru tal-Kampus tal-Università fil-Belt se tkun qed tittella’ l-Kunċert bl-isem ta’ BlackShip’ rappreżentazzjoni innovattiva li tinkorpora l-mużika kontemporanja, iż-żfin u l-arti viżiva. Tirrakkonta l-istorja immaġinata ta’ żewġt aħwa tfajliet li jaslu ġewwa l-Port il-Kbir fuq vapur iswed tal-gwerra ftit wara l-Assedju l-Kbir.
Fis-16 ta’ Settembru, se tittella’ rapprezentazzjoni fi Pjazza Mattia Preti, l-Belt bis-sehem tal-artist żagħżugħ Belti Owen Leuellen.
Bil-qofol se jintlaħaq bil-proġett ‘Tektika Kapitali’ proġett eċċitanti, bl-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tistieden mużiċisti ta’ bejn il-ħdax u tlettin sena li jdoqqu strument sabiex jipparteċipaw billi jattendu għal serje ta’ workshops edukattivi.
B’dawn il-workshops, il-mużiċisti se jkunu qed jingħataw gwida u tagħlim minn diversi professjonisti fil-qasam mużikali, bi preparazzjoni għar-rappreżentazzjonijiet mużikali li se jittellgħu fi tliet siti kulturali fil-Belt Valletta – Pjazza Tritoni, Triq Repubblika u l Barrakka ta’ Fuq.
Il-kanzunetti kollha li se jindaqqu ġew miktuba minn kompożituri Beltin. Tektika kapitali ser isir fis-sitta u għoxrin ta’ Ottubru.