Gilmour Flask ta’ 23 sena mill-Isla ingħata s-sentenza ta’ tlett snin probation wara żewġ serqiet li wettaq fi Frar u Marzu tal-2017 minn stabilimenti tal-ħwejjeġ fil-Belt Valletta. Huwa immedjatament kien ammetta li wettaq iż-żewġ reati.
Il-Qorti ppreseduta mill-maġsitrat Natasha Galea Sciberras nnotat kif Flask kien vittma ta’ bullying meta kien jattendi l-iskola primarja, filwaqt li huwa falla il-maġġoranza tal lezzjonijiet fis-sekondarja ħabba f’hekk. Skond r-rapport ta’ qabel is-sentenza, Flask kien beda jagħmel użu mill-kannabis, biex meta kellu sbatax beda jieħu wkoll l-eroina.
F’bosta okkażjonijiet huwa irrifjuta l-għajnuna sabiex jiġġieled dan l-vizzju.
L-uffiċjal tal-probation saħaq li sentenza sospiża tkun adekwata. Il-Qorti qalet li minkejja d-diffikultajiet li għadda minnhom l-akkużat huwa ma uriex rieda li jirriforma ruħu. Il-Qorti tatu sentenza ta’ tliet snin probation filwaqt li wissietu li jekk jagħmel reat ieħor f’dan il-perjodu huwa jista’ jeħel sa massimu ta’ 6 xhur priġunerija dwar iż-żewġ serqiet.