Il-Partit Nazzjonalista m’għandux kredibbiltà meta jitkellem fuq l-art agrikola u l-proġett tas-Central Link. Dan b’mod speċjali meta l-istqarrijiet tiegħu huma ffirmati minn deputat li kien parti minn gvern li fl-2006 għamel l-ewwel pjan għal dan l-istess proġett u li kien jinkludi 57% iktar art agrikola minn dik li se tintuża llum.
B’hekk, bil-pjan tal-gvern kif inhu issa se tintmess ferm inqas art agrikola milli kieku nżammu l-pjanti li kien ħejja Gvern Nazzjonalista.
Dan il-proġett qed isir biex pajjiżna jingħata proġett infrastrutturali li jaqdi l-ħtiġijiet tal-lum u tal-futur f’rotta twila li kulħadd jaqbel li s-sitwazzjoni tat-traffiku fiha trid tkun indirizzata. Il-PN l-ewwel propona l-proġett u issa qed jgħid li hu kontra għax politikament opportunist. Dan mingħajr ma provda alternattiva.