Minn fisazzjoni għal oħra u din id-darba kien imiss Pokèmon Go.
Jekk għandek ħabta tkun online żgur li smajt b’din l-app, jew aħjar logħba u huwa naturali li staqsejt għal darba tnejn dwar x’qed jiġri.
Pokémon twaqqfet minn Nintendo fis-snin disgħin. Il-logħba hi dik li ddur id-dinja biex issib il- Pokémon, kreaturi ‘koroh’ li mbagħad jiġġieldu kontra xulxin. L-għan ta’ dak li jissejaħ trainer hu li jsibhom kollha u jsir master tal-Pokèmon billi jgħeleb trainers oħra magħrufa bħala gym leaders.
Issa, bil- Pokémon Go, il-borma tħawdet xi ftit. Saret iktar interessanti jew saħansitra inkwetanti. Minn issa l’quddiem tassuminx li jekk tara lil xi ħadd għaddej ċass lejn il-mobile bilfors ikun fuq l-imejl jew il-whats app.
Għax Pokémon daqshekk lagħbta d-dar fuq in-nintendo. Minflok tnizżżilha fuq l-Androind jew l-IOS. Minn hemm toħroġ il-barra ssegwi l-mappa u ssibhom fil-ħajja reali.
Hekk hu. Il-ħajja reali tħalltet għal kollox ma’ dik virtwali.
Il-logħba tuża l-GPS li għandek fuq il-mobile. Fi ftit kliem din id-darba l- Pokémon mhux ġej għandek iżda int trid tfittxu.
U bħal żmien in-Nintendo xorta hemm il-famuża gym fejn tiġġeled mal-gym leaders. F’postijiet reali dawk li jużaw il-logħba jispiċċaw jiltaqgħu. U toħodiex bi kbira jekk din tkun xi Knisja jew saħansitra residenza ta’ persuna.
Il-logħba għadha kif ħarġet u hija b’xejn. Tħallat in-nostalġija mal-ġdid u għalhekk mhux ta’ b’xejn ħafna qed jiġġennu fuqha. Int titħajjar tfittxu l-Pokémon ?