Ilbieraħ twettaq att vandalu fuq il-mafkar ta’ Lassana Cisse, l-immigrant li aktar kmieni din is-sena nqatel f’Ħal Far.
Dan l-att vandalu ħabbru Omar Rababah fuq il-profil ta’ Facebook. Rababah hu ħaddiem fil-qasam soċjali u attiv fil-qasam tad-Drittijiet Umani.
Jidher li l-oġġetti komemorattivi li tpoġġew mal-ħajt u marbutin, inxterdu fuq il-bankina u fejnhom tqegħdu għadd ta’ kartun li kien fihom skart.
Żewġ żgħażagħ li kienu membri tal-Forzi Armati tal-Malta, tressqu quddiem il-qorti akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse.
Ritratti: Omar Rababah