Illejla, l-istazzjon ONE se jxandar it-tieni programm ‘Mill-Festa’, mil-lokalità tal-Kalkara.
Dan se jkun it-tieni programm li se jxandar ONE min din is-sensiela wara li bħall-illum ġimgħa xandar mil-lokalità tal-Kalkara, bil-festa ċċelebrata ta’ San Ġużepp.
Bi produzzjoni ta’ Etienne Schembri, Brian Bonnici u Aaron Zahra għall-istazzjon ONE, il-preżentaturi se jkunu qed jitkellmu ma’ nies minn għaqdiet involuti fl-armar u fl-organizazzjoni tal-festa.
Dan il-programm żġur mhux forsi li qed ikun ta’ kumpanija, lil dawk li fiżikament ma’ jistgħux ikunu qed igawdu l-festa Maltija mis-sett tat-televizzjoni tagħhom.
Ta’ min jgħid ukoll, li l-produzzjoni se tkun qed tixxandar mill-Outside Broadcasting Unit 4K, l-investiment il-ġdid ta’ ONE.
Ix-xandira tibda fit-20:15, eżattament wara l-bullettin tal-aħbarijiet.