Waslu lura Malta t-tletin ċiklist, li f’isem il-Fondazzjoni Alive, ftit tal-jiem ilu marru bi sfida jaqdfu r-roti għal 1,300 kilometru minn Oslo fin-Norveġja għal Amsterdam fl-Olanda.
Dan biex jiġbru fondi għal riċerka tal-kanċer fl-Università ta’ Malta.
ONE News tkellem ma’ wħud mill-parteċipanti mal-wasla tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-Ħadd waranofsinhar.
Il-Fondazzjoni Alive twaqqfet fl-elfejn u tnax biex tiġbor flus ħalli tgħin fil-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer – fosthom tas-sider u tal-prostata, fl-istess waqt li tqajjem aktar kuxejnza fuq is-saħħa tal-bniedem.
Tul is-sena din il-fondazzjoni torganizza diversi attivitajiet biex tiġbor il-fondi meħtieġa, bl-attività ewlenija tkun proprju l-isfida tar-roti barra minn xtutna.