Libjan ta’ 27 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara ġlieda fi Triq il-Ġifen, f’San Pawl il-Baħar.
L-argument seħħ il-Ħadd filgħodu għal ħabta tat-8:30, meta żewġ Libjani, dan ta’ 27 sena u 35 sena u grupp ta’ persuni, li x’aktarx huma barranin.
Il-Libjan ta’ 27 ttieħed l-isptar Mater Dei filwaqt li l-Libjan l-ieħor ta’ 35 sena ttieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.