F’Sydney l-Awstralja, ġlieda bejn omm u bint b’kunjom Malti wassal għal qtil tal-omm.
Rita Camilleri ta’ 57 inqatlet min bintha Jessica Camilleri ta’ 25 sena. Il-każ seħħ tard is-Sibt filgħaxija wara argument bejnithom, bil-ġirien semgħu twerżiq mid-dar tagħhom.
Parti mill-katavru ta’ Rita Camilleri nstab fil-kċina, filwaqt li rasha nstabet quddiem id-dar tal-ġirien. Il-bint ġiet arrestata minnufih fuq il-post tad-delitt.
Il-Ħadd filgħodu, l-bint dehret quddiem il-Qorti ta’ Parramata, fejn ma kien l-ebda talba mid-difiża għal ħelsien mill-arrest. Id-difiża talbet sabiex Jessica Camilleri tingħata kura medika. Il-Qorti ddeċidiet li tagħmel dan, hekk kif se jsiru testijiet mediċi fuq l-akkużata.
Fil-Qorti, Camilleri qalet li ma tistax iċċaqlaq s-swaba ta’ idejha għaliex ixxokkjata b’dak li għamlet.
Is-Supertendent Brett McFadden qal li dan kien wieħed mill-aktar każijiet xokkanti li qatt iltaqu miegħu.