Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker se jagħmel żjara uffiċjali ta’ jumejn f’Malta.
Matulha huwa se jkun qed jiltaqa’ u se jkollu taħdidiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Il-President Juncker se jiltaqa’ wkoll mal-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz il-Belt. Wara, waqt ċerimonja, huwa se jingħata s-Sħubija Onorarja tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fil-Grad ta’ Kumpann bl-Istilla.