Bħal-lum 50 sena ilu sar pass żgħir li kixef realtà ġdida. Il-bniedem rifes għall-ewwel darba fuq il-qamar. Kien l-astronawta Neil Armstrong li għamel il-pass li fisser is-suċċess tal-missjonijiet Apollo li ħallew legat kbir.
Is-sensiela tal-missjonijiet Apollo setgħu ikunu suċċess biss bil-ħidma ta’ madwar 400,000 professjonist differenti.
Din il-missjoni waslet biex permezz ta’ kampjuni li nġabru seta’ jiġi studjat b’iktar reqqa l-qamar u kif ġie ffurmat.
Mark Schapiro, ic-Chargé d’Affaires tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta stqarr kif din kienet kisba kbira u l-istorja ta’ kif saret hija eżempju ċar ta’ kif operazzjoni għandha ssir.
“That was an amazing achievement. We watched, my wife and I watched early this month ‘Apollo 11’, the new documentary that I think CNN put out. Lots of unseen footage and everything. It is riveting, it’s amazing what was going on and everything you need to know about leadership and teamwork is in that movie and the whole effort which was involved in putting a man on the moon.”
ONE News tkellem ukoll mal-avukat Roberto Cassar li huwa speċjalizzat fil-liġi spazjali. Huwa spjega kif il-liġi spazjali ma twelditx mal-ġurnata li fih tela’ l-ewwel bniedem fl-ispazju iżda mal-mument li bdew itellgħu l-ewwel oġġetti fl-ispazju.
“Il-liġi tal-ispazju bdiet titwieled u twieldet qabel ma’ r-raġel mexa fuq il-qamar. Din il-liġi internazzjonali tal-ispazju għadha ħajja llum u hija importanti għaliex tikreja l-arkitettura legali li taħtha wieħed jista’ jħejji attivitajiet fl-ispazju. Illum il-ġurnata għadha importanti u apparti din il-liġi internazzjonali, hemm ukoll issa liġijiet nazzjonali li prattikament issa jiżviluppaw l-istess skop ta’ din il-liġi.”
50 Sena wara din il-missjoni importanti għad issib min jiddubita li l-bniedem seta’ għamel pass bħal dan u għalhekk saru bosta spekulazzjonijiet sabiex ixejnu din il-kisba.
Fost l-iktar popolari hija dik li n-NASA kienet iffalsifikat l-inżul fuq il-qamar u ġibdet il-filmati kollha fi studjo iżda għal dawk li jgħożżu din il-kisba spazjali lkoll jirrikonoxxu li dak li wettaq Armstrong kien enormi.