Il-Ġimgħa filgħaxija, fl-okkazzjoni tal-160 anniversarju mill-wasla tal-istatwa Titulari tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta sar pellegrinaġġ mat-toroq tal-istess lokalità.
Din l-istatwa waslet fil-Balluta fl-1859, u din l-istatwa hija waħda hija meqjusa bħala waħda mill-ewwel għaxar statwi li ġew f’pajjiżna. Propjament, din l-istatwa hija s-sitt l-eqdem statwa titulari f’Malta u f’Għawdex.
Dan il-pellegrinaġġ tmexxa mill-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, fejn l-istatwa daret mat-toroq tal-Balluta.