Persuna tittieħed l-isptar wara li ndarbet waqt li kienet fuq żurżieqa tal-baħar f’Buġibba.
Hija ttieħdet l-isptar iżda l-kundizzjoni tagħha għadha m’hiex magħrufa.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-11:30 tas-Sibt filgħodu.
Minnufih, voluntiera mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar taw l-ewwel għajnuna lill-persuna.