Xemx tixwi l-ankri u temperaturi sħan qed jiddominaw il-parti kbira tal-Istati Uniti.
Din il-mewġa qawwija ta’ sħana mistennija taffettwa mal-mitejn miljun persuna fi bliet ewlenin bħal New York, Washington u Boston.
F’ċertu stati, u anki partijiet mill-Kanada, it-temperaturi mistennija jlaħħqu t-38 gradi celcius.
L-esperti qed jorbtu din il-mewġa ta’ sħana qawwija u oħrajn simili fl-aħħar snin, mal-bidla fil-klima.
Id-dinja esperjenzat l-aktar Ġunju sħun minn kemm ilha tinżamm l-istatistika, din is-sena.
Aktar kmieni dan ix-xahar, l-istat ta’ Alaska li parti minnu tinsab fl-Arctic Circle, ukoll irreġistrat temperaturi rekord ta’ sħana.