Fil-Lussemburgu, il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ wkoll mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Fernand Etgen. Dr Muscat u Etgen qablu li Malta u l-Lussemburgu għandhom ħsibijiet simili fuq sfidi simili. Iż-żewġ naħat qalu li huma interessati ħafna li jkompu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali anke fuq livell parlamentari.
Il-Prim Ministru sostna li, fl-aħħar jumejn, kellu laqgħat produttivi fil-Lussemburgu. Fost oħrajn dwar il-migrazzjoni, fejn Malta kompliet tisħaq li, quddiem id-differenzi fost il-mexxejja Ewropej, hemm bżonn soluzzjonijiet pragmatiċi u fattibbli, iktar milli tama li se tinbidel is-sistema kollha f’daqqa waħda.
Fernand Etgen qal li, meta ħaddieħor jipprova jibni l-ħitan, il-Lussemburgu se jibqa’ jimbotta, kemm fl-istituzzjonijiet lokali kif ukoll f’dawk Ewropej, id-diskussjonijiet miftuħa u s-soċjetajiet pluralistiċi.