Fil-belt kapitali Grieġa, Ateni seħħ terremot qawwi ta’ 5.1 fuq l-iskala Richter. Dan it-terrimot li seħħ il-Ġimgħa wara nofsinhar, affettwa s-servizzi ta’ kommunikazzjoni u anke l-elettriku, f’partijiet tal-belt u anke waqa’ bini li ma kienx jintuża.
It-terremot jidher li dam għal madwar 15-il sekonda, bl-epiċentru tat-terrimot kien 22 kilometru ‘l barra mill-Belt Kapitali Griega.
Minkejja l-qawwa tat-teremot, jidher li ħadd ma’ weġgħa iżda b’konsegwenza għat-teremot kien hemm diversi theżżiżiet.
Il-midja internazzjonali rrapurtat li r-residenti ħarġu fit-toroq u evakwaw min binjiet għoljin.
Uffiċjali Griegi qalu lill-pubbliku biex jibqa’ kalm u m’hemm l-ebda bżonn ta’ alarmar.