Fi stqarrija, id-Dwana qalet li se tkun qed tirċievi tenders issiġġilati għal bejgħ ta’ cabin cruiser.
Id-dgħajsa għal bejgħ hija tal-għamla Sagittarius, b’tul ta’ 13.5 metru, b’għoli ta’ 1.90 metru.
Għal min hu interessat biex jixtri din il-cabin cruiser, wieħed jista’ jibgħat tender issiġġilat lid-Direttur Ġenerali tad-Dwana f’Ħal Far Groupage Bonds, bejn it-Tnejn 22 ta’ Lulju u l-Ħamis 25 ta’ Lulju bejn it-8 ta’ filgħodu u s-1 ta’ wara nofsinhar, u l-Ġimgħa 26 ta’ Lulju bejn it-8 ta’ filgħodu u nofsinhar.
Jekk wieħed hu interessat sabiex wieħed joffri tender għal dan il-cabin cruiser wieħed jista’ jċempel fuq 79255657 jew inkella jista jżur Groupage Bonds f’Ħal Far.
Meta wieħed japplika għal dan it-tender issiġġilat, wieħed irid juri Karta tal-Identità valida jew passaport.