Raġel Sirjan u l-mara tiegħu ta’ nazzjonalità Marokkina u li t-tnejn għandhom tnejn u tletin sena tressqu separatament il-Qorti akkużati b’vjolenza domestika fuq xulxin.
Il-Każ ġara l-Erbgħa waranofshinar f’argument jaħraq bejn il-koppja fir-residenza tagħhom f’San Ġwann. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Xerri spjegat kif l-argument spiċċa f’nofs ta’ triq bil-mara allegatament tkissirlu l-karozza bil-ħadida tal-mogħdija.
Il-każ allagatament ġara wara argument fuq it-tliett itfal tal-koppja, bl-avukat tar-raġel jisħaq li l-mara kienet qed tagħmilha diffiċli lir-raġel tagħha biex jara lit-tfal
L-avukat tal-Marokkina qal li l-vjolenza bdiet fuq argument li kellhom għaliex il-mara riedet issiefer għal tieġ tal-familja.
B’rispett lejn it-tfal tagħha, il-Maġistrat Joe Mifsud ħeles mill-arrest lill-mara b’kundizzjoni li ma tersaqx lejn ir-raġel tagħha, tiffirma darbtejn f’ġimgħa l-għassa u b’depożitu ta’ 200 ewro u garanzija personali ta 5,000 ewro.
Għalkemm l-avukat difensur tar-raġel talab għall-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat caħad dan wara li l-prosekuzzjoni qalet li għad baqa’ xi nies biex jixhdu.