Fil-21 ta’ Lulju l-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College ser iniedi kampanja favur l-ambjent, bl-isem ta’ ‘Think Green’.
Din il-kampanja nħolqot speċifikament għaż-żgħażagħ sabiex ikunu aktar konxji fuq l-importanza tal-ambjent ta’ madwarna kif ukoll x’jista’ jagħmel wieħed biex jissalvagwardjah.
Dan ser isir billi jinħadem poster għal fuq il-midja soċjali kif ukoll b’ħidma prattika.
Fil-ftuħ tal-kampanja, li ser issir fi Fra Ben f’Buġibba, ser iseħħu Clean Ups kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar.
Il-Kunsill tal-istudenti qed jappella lill-istudenti kollha sabiex jaħdmu id f’id magħhom għal dan il-ġest nobbli.