B’investiment ta’ kważi kwart ta’ miljun ewro minn fondi tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, l-Universita ta’ Malta u kumpanija lokali tal-inġinerija qiegħda tirriċerka l-kunċett tal-ħażna ta’ enerġija rinovabbli fil-qasam marittimu.
Permezz ta’ sistema ta’ kkumpressar tal-arja, enerġija ġenerata minn sorsi rinovabbli bħax-xemx u r-riħ se tkun tista’ tibqa disponnibbli anke meta dawn ma jkunux jistgħu jiġġeneraw l-enerġija.