“Qaluli ejja l-għassa għax ħarqulek sitt karozzi”
Hekk stqarr f’kumment mal-ġurnalisti Jonathan Cortis, sid is-sitt karozzi li tqabbdu apposta kmieni dalgħodu fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi.
Huwa qal li għall-ħabta tat-3 ta’ filgħodu semgħa xi ħsejjes, iżda ħasibhom “bombi tal-festa”.
Żied jgħid li waqt li kien fi trieqtu lejn il-post, irċieva telefonata mingħand il-pulizija sabiex immur l-għassa għaliex ħarqulu sitt karozzi.
Qal li xħin wasal fuq il-post huwa sab straġi sħiħa ta’ karozzi maħruqin.
Temm billi qal li dawn il-karozzi ġew meqrudin kompletament u li ma setax isalva xejn minnhom.
http://www.one.com.mt/2019/07/18/jaharqulu-6-karozzi-ghall-bejgh-fhal-qormi-1/