Ġuvni ta’ 16-il sena sofra minn ġrieħi ta’ natura ħafifa wara inċident fil-baħar.
It-tifel li huwa ta’ nazzjonalita Franċiża, kien riekeb dik li hi magħrufa bħala ‘banana ride‘ fl-ibħra ta’ San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15.20 meta għal xi raġuni t-tifel inqeleb u weġġa’. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar dettalji jsegwu.