Carmel Mifsud ta’ 44 sena residenti San Ġiljan baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li attakka u hedded lil Eman Spiteri Stelian Micallef u li ġarr arma li taqta’ mingħajr liċenzja u li kiser il-paċi pubblika.
Il-każ ġara t-Tlieta li għadda għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi spiżerija f’Ta’ Giorni, xħin inqala argument bejn koppja, u r-raġel refa’ idu fuq l-għarusa tiegħu. Kien hawn li l-mara ċemplet lil akkużat u dan mar fl-ispiżerija u ħebb għall-għarus tagħha b’arma.
L-avukat Difensur Yanika Bugeja ma talbitx lill-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marsanne Farrugia għall-ħelsien mill-arrest peress li x-xhieda li kienu fuq il-post għadhom iridu jixhdu.