Ta’ sitt xhur biss il-kelba Meesha u ħuha Charlie tħallew f’santwarju tal-annimali f’Baltimore.
Il-kelba Meesha kienet ġejja minn familja li ma kinux jaffordjaw iħalsu għall-kura ta’ dawn il-ġriewi u għalhekk ħallewhom f’idejn il-Baltimore Animal Rescue biex jassiguraw li dawn il-ġriewi jingħataw futur sabiħ u jkunu b’saħħithom.
Il-veterinarji ħadu ħsieb dawn il-ġriewi u kkurawhom bl-aħjar mod possibbli, iżda kien l-assistent kirurgu, Dennis Moses, li seraq ix-xena hekk kif wara li ngħatat il-loppju huwa ħadha f’post kwiet u beda jkantala u jbusha biex jikkalma.
Illum, din il-kelba ġiet addottata minn familja żgħira u hija ta’ kumpanija għat-tifla ż-żgħira tagħhom.
Xi kultant ninsew kemm il-veterinarji jagħmlu ġid ma’ dawn l-annimali u li huma wkoll jsalvaw il-ħajja ta’ dawn il-kreaturi.