Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia nstema’ jgħajjat kemm jiflaħ waqt laqgħa oħra tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li matulha qed tiġi diskussa l-mistoqsija li qed jintalbu jwieġbu l-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju li se jitlaqqa’ fl-aħħar Sibt tax-xahar.
Sorsi fil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-lejla żvelaw ma’ ONE NEWS li fil-laqgħa tal-lejla Delia qabad jgħajjat u jsabbat u qal: “jekk ħa ngħajjat il-Kunsill Ġenerali jien, JIEN nissettja d-domanda u jien ngħid min għandu jitkecca”.
B’reazzjoni, il-President tal-Eżekuttiv il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione għamilha ċara li huwa lest li jirriżenja jekk l-Eżekuttiv ma jimxix mal-istatut, jiġifieri li l-Kunsill Ġenerali jiddibatti u jivvota fuq il-petizzjonijiet kollha, inkluż dik li ressqet il-fazzjoni Busuttil li sejħet għall-vot ta’ fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u biex jirriżenja.
http://www.one.com.mt/2019/07/16/karol-aquilina-jlebbet-il-barra-mil-laqgha-tal-ezekuttiv-tal-pn/