Fit-tieni kwart ta’ din is-sena qasmu il-fliegu bejn Malta u Għawdex total ta’ 1,575,472 passiġġiera. 2.6% aktar meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
L-akbar ammont ta’ passiġġiera ġie rreġistrat f’Ġunju, b’total ta’ 534,433 passiġġiera.
Żdied ukoll b’7.5% l-ammont ta’ vetturi li vvjaġġaw bejn il-gżejjer. F’dan il-perjodu saru 6,289 vjaġġ bejn iż-żewġ gżejjer. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 8.9% mill-2018. L-akbar ammont ta’ vjaġġi ġie rreġistrat f’Ġunju.
Matul dan il-perjodu, il-ġranet li fihom ivvjaġġaw nies miċ-Ċirkewwa kienu l-Ġimgħa u s-Sibt. Filwaqt matul il-ġranet tas-Sibt u l-Ħadd, ivvjaġġaw aktar nies mill-Imġarr.