Il-pulizija hi rrapurtatha li solviet arrentat ta’ hold-up li kien se jitwettaq minn stabbiliment tal-Convenience fi Triq Rue D’Argens fil-Gżira.
ONE News hu infurmat li diversi taqsimiet tar-Rapid Intervention Unit (RIU) laħqu intervjenew fil-pront, tant li laħqu daħlu armati fl-istabbiliment fejn irnexxielhom jarrestaw persuna li allegatament kien qed iwettaq is-serqa.
Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u rreżista l-arrest b’għajjat u tgħajjir fil-konfront tal-pulizija.
Barra l-ħanut inġabru bost persuni li segwew il-ħidma professjonali tal-pulizija. Huma ċapċpu u xi nies dehru jirringrazzjaw lill-pulizija tal-intervent tagħhom u talli jħarsu lilna ċ-ċittadini.
Ritratti u Filmati: Nicole Buttigieg