Libjan ta’ sbatax -il sena tressaq il-qorti akkużat li nhar is-Sibt seraq minn ħanut tal-ħwejjeġ fil-belt. Liema serqa tammonta ghal 150 ewro fi ħwejjeġ.
Il-Libjan huwa resident fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far, u għandu impjieg hawn Malta.
Fil-qalziet ta’ taħt kellu moħbi għaxar grammi ħaxixa. Huwa qal lill-pulizija li kellu l-ħaxixa għall-użu personali tiegħu ghax ipejjep 10 sigaretti tal-ħaxixa kuljum.
Iż-żagħżugħ qal li huwa seraq sabiex jibgħat il-flus lill-familjari. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh.
Il-Maġistrat Gabriella Vella tagħtu sentenza ta’ tlett xhur ħabs sospiżi għal sena.
Huwa ikkopera mal-pulizija u kellu fedina penali nadifa.