Tim ta’ 28 ciklist, flimkien ma tliet voluntiera telqu lejn il-Kroazja biex jaqdfu għal 1100 kilometru fuq sebat’ijiem biex jgħinu ssir aktar riċerka fil-kanċer tat-tfal.
It-tim ta’ ċiklisti ta’ ALIVE bdew din l-isfida mill-Kroazja b’telgħa għolja ta’ kważi 14,000 metru u se jaqdfu sal-Vatikan f’Ruma.
L-għan wara din l-isfida, li saret matul l-aħħar erba’ snin, huwa li jinġabru fondi għall-proġett ta’ riċerka speċjalizzata fil-kanċer tat-tfal li ssir fl-Univesità ta’ Malta u li qed tkun faċilitata permezz tal-Fond għar-Riċerka tal-Università.
Din ic-challenge hija sponsorjata minn RE/MAX u Friends Foundation kif ukoll għajnuna oħra minn diversi kumpaniji.
Wieħed jista’ jkun jaf fejn waslu dawn iċ-ċiklisti ta’ ALIVE minn fuq il-website tagħhom: www.alivecharity.com, taħt it-titlu ‘Live Tracking’.
Jekk tixtieq tagħti l-għajnuna tiegħek waqt li dawn iċ-ċiklisti għaddejjin b’din l-isfida, biex tgħin għar-riċerka fil-kanċer tat-tfal tista tibgħat SMS fuq 50618081 għal donazzjoni ta’ €4.66; 50618913 għal donazzjoni ta’ €6.99; u 50619208 għal donazzjoni ta’ €11.65, jew inkella tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek online fuq www.alivecharity.com