Tul l-intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru tkellem fid-dettall dwar ir-riżultati ekonomiċi li reġgħet kisbet Malta fl-aħħar jiem.
Mistoqsi dwar ir-rapport tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ppubblikat din il-ġimgħa l-Prim Ministru nnota t-tkabbir sostanzjali li kien hemm fis-settur.
“Minkejja l-assalt li provaw jagħmlu xi wħud is-settur tas-servizzi finanzjarji rreġistra tkabbir ta’ 10%. Li mhux ċajt,” irrimarka l-Prim Ministru li spjega li dan settur li baqa’ jikber filwaqt li baqgħu jikbru setturi oħra. Innota kif illum hemm 12,000 persuna jaħdmu f’dan is-settur u kif is-sena li għaddiet inħolqu 1,000 post tax-xogħol ġdid.
Il-Prim Ministru nnnota kif ma rridux naħsbu li dan hu settur li joħloq ċerti diskussjoni f’pajjiżna biss. Innota l-aħbar iktar kmieni din il-ġimgħa fejn id-Deutsche Bank se jkollu jneħħi 18,000 ruħ minn miegħu. “Din hi sitwazzjoni ta’ suq li qed jiżviluppa, ta’ iktar kontrolli u aħna qed inkunu proattivi,” temm Joseph Muscat.