Riforma kbira li ħadd ma wasal biex jgħamilha u qed jagħmilha dan il-gvern hi dik tal-avukat tal-istat. “Għamilniha fi żmien rekord. Qed jinqasam l-irwol tal-Avukat Ġenerali, wirt kolonjali, din mhux qed inbiddlu xi liġi li għamilna aħna,” spjega l-Prim Ministru fuq ONE Radio.
“Hija parti minn sensiela ta’ riform u frankament ma nistax nifhem għaliex l-oppożizzjoni vvotat kontra. Għax kienet ilha tinsisti ħalli li qatt m’għamluha meta kienu fil-gvern,” kompla l-Prim Ministru li fisser kif l-oppożizzjoni filli tgħid li trid il-bidla malajr u filli trid li din tkun parti minn pakkett usa ta’ riformi.