Rapport tal-‘European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions’ analizza s-sitwazzjoni tal-impjieg fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea u dwar Malta kellu affarijiet iktar pożittivi xi jgħid.
Iddeskriva l-Garanzija għaż-Żgħażagħ f’Malta bħala kisba kbira.
Saħansitra jgħid li s-suq tax-xogħol fost iż-żgħażagħ f’Malta huwa differenti ħafna minn dak medju madwar l-Unjoni Ewropea.
“Is-sehem taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol huwa għola ħafna mill-medja Ewropea,” qal l-istudju li jinnota kif Malta għandha rata ta’ żgħażagħ ekonomikament attivi iktar mill-Unjoni Ewropea.
Ir-rata ta’ impjiegi fost iż-żgħażagħ hija 10% iktar mill-medja Ewropea ta’ 60% mqabbel ma’ 46.5%.
Fl-istess ħin il-qgħad fost iż-żgħażagħ f’Malta huwa nofs dak osservat fl-Unjoni Ewropea. 17.5% fl-Unjoni Ewropea mqabbel ma’ 8.9% fl-Unjoni Ewropea.
Iż-żgħażagħ li mhumiex fit-taħriġ, edukazzjoni jew impjieg huma 12.5% mqabbel mal-15.3% fl-Unjoni Ewropea. Dawn huma ż-żgħażagħ li timmira l-iktar għalihom il-garanzija għaż-żgħażagħ.
Jirriżulta li b’differenza minn pajjiżi oħra l-maġġoranza ta’ dawk li mhuma f’ebda minn dawn jgħamlu dan minħabba r-responsabbiltà tal-familja. Li jfisser li jew kienu qed jieħdu ħsieb xi wild jew persuna adulta b’diżabbiltà fil-familja, fost affarijiet oħra.