Nirien ħakmu akkwata viċin Marsalforn ilbieraħ filgħaxija iżda ġie kkontrollat minn ħaddiema tal-protezzjoni ċivili f’anqas minn siegħa.
Dan ġara għall-ħabta tat-20.00 f’għelieqi f’Marsalforn. Intant in-nar beda jiġri malajr lejn iż-Żebbuġ. Nies fuq il-post iddeskrivew in-nirien bħala furjużi.
Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Ritratt: Times of Malta