It-Turkija rċiviet sistema ġdida ta’ difiża bil-missili, li nħadmet fir-Russja, minkejja ilmenti mill-Istati Uniti kontra dan il-ftehim.
Il-Ministru għad-Difiża Tork qal li s-sistema waslet f’Ankara l-Ġimgħa bil-lejl, mossa li nisslet rabja kbira fil-Gvern Amerikan.
Tant, li dan hedded li t-Turkija ma jistax ikollha din is-sistema l-ġdida ta’ difiża u xorta tagħmel użu minn ajruplani tal-gwerra Amerikani.
It-Turkija u l-Istati Uniti huma alleati antiki fi ħdan in-NATO, minkejja li fl-aħħar żmien it-Turkija wriet ix-xewqa għal alleanza ġdida mar-Russja.
Kelliem għan-NATO qal lill-midja iżda, li l-għaqda hija mħassba bl-aħħar akkwist tal-Gvern Tork.