Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern se jkun Matthew Carbone b’seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2019.
Nigel Vella se jkun id-deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern.
Matthew Carbone ilu jservi bħala Deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern sa mill-2013 wara karriera fil-ġurnaliżmu. Hu gradwat fil-Komunikazzjoni mill-Università ta’ Malta.
Nigel Vella ilu jservi fl-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Gvern bħala kelliem għall-Gvern sa minn Lulju 2017. Hu ilu jaħdem fil-qasam tal-komunikazzjoni sa mill-2012. Hu gradwat fl-Istorja mill-Università ta’ Malta.